logo

Atlas Banner
Telfa ta’ Mpjiegi
L-ahhar rapport ta’ l-ETC dwar in-numru ta’ haddiema disponibbli ghax-xoghol sa Awwissu li ghadda juri li l-labour supply naqset b’1,111 persuna fuq is-sena ta’ qabel, bit-total tal-forza tax-xoghol f’pajjizna tkun ta’ 145,080. In-numru ta’ persuni li ghandhom ix-xoghol naqsu b’1,467. In-nies jahdmu f’pajjizna ghalhekk ilahhqu 137,668 persuna.

0
0
0
s2sdefault
Holm u Fatti
Il-holm ta’ certi nies inixxifni. Nistghageb kif nies ta’ certu livell u ta’ certa esperjenza jibqghu ilissnu stejjer li mhumiex ghajr holm u jitkellmu apparentament b’konvinzjoni. Ghax qisu f’dan il-pajjiz taghna li jekk tghid xi haga, anke l-akbar holma, b’hafna pomposita’ u tibqa’ tirrepetiha u ssostniha bhala stat ta’ fatt, allura b’daqshekk il-holma ssir fatt. X’kull wahda! Dwar din il-bicca ta’ l-Unjoni Ewropea u dwar l-istat ta’ l-ekonomija u l-futur ta’ Malta in-generali qed jinghad kliem li ahjar insejjahlu holm milli xi haga ohra.

0
0
0
s2sdefault
Wasalna
Issa lesti ghat-8 ta’ Marzu. Wara tletin sena li ilna nitkellmlu dwar l-Unjoni Ewropea. Wara tlettax –il sena li applikajna biex nidhlu. Wara sittax –il sena ta’ liberalizazzjoni, privatizazzjoni u ristrutturazzjoni. Wara sentejn ta’ argumenti. Wara tibdil, giri, studji, argumenti. Fl-ahhar wasalna. Il- famuza mixja ta’ elf kilometru li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li ghandu quddiemu meta ghamel l-ewwel pass f’Lulju tal-1990, issa waslet fl-ahhar. Fit-tmienja ta’ Marzu, il-poplu Malti jiddeciedi jekk iridx li Malta tidhol fl-Unjoni Ewropea fl-ewwel ta’ Mejju 2004. Issa f’idejn il-poplu. Baqalna hames gimghat ta’ argumenti. Izda fl-ahhar nivvutaw.

0
0
0
s2sdefault
Kliem il-Gvernatur
Il-Gvernatur tal-Bank Centrali ghal darb’ohra hareg jikkummenta, kif inhu d-dmir tieghu, dwar l-ekonomija Maltija u kif qe ihares lejn l-izviluppi matul is-sena 2003. Il-kummenti tas-Sur Michael Bonello huma mahsuba sewwa u l-Gvernatur joqghod ferm attent li jghaddi messagg minghajr ma jgerrex jew iwerwer jew jonfoh u jfahhar. Ir-raguni hi li kliem il-persuna l-aktar awtorevoli dwar dak li ghandu x’jaqsam ma’ ekonomija u finanzi fih inniffsu jista’ jinfluenza l-istess andament ta’ l-ekonomija, l-isfel jew il-fuq, skond it-ton ta’ dak li jintqal. Il-kliem tal-Gvernatur iwasslu wkoll messagg kemm lill-awtoritajiet kif ukoll lill-operaturi fis-suq.

0
0
0
s2sdefault
Wasalna ghal ghazla

Dejjem noqorbu lejn il-jum tal-ghazla. Baqa’ hafna li ghadhom imhawdin. Izda n-numru dejjem jonqos. Hekk kif joqrob il-jum tar-Referendum il-bicca l-kbira jkunu ddecidew. Hemm dawk li ilhom li ddecidew. Jew iddecidew skond kif il-Partit taghhom iddecida ghalihom. Hemm ohrajn izda li ddecidew wahedhom. Jekk ghamlux xi studju profond jew waslux ghal konkluzjoni taghhom fuq aspett wiehed jew iehor li l-aktar li laqathom, hi haga ohra. Zgur izda li baqa’ min ma ddecidiex u li ser jiddeciedi fl-ahhar.

0
0
0
s2sdefault

© 2014 - All rights reserved - GRTU - Malta Chamber of SMEs
Content may not be peproduced or republished without prior consent